"Ipokrezija politika minn Busuttil anke dwar il-qasam tas-saħħa" - PL
Il-partit laburista iwieġeb lil Simon Busuttil
More in Politika
Il-partit laburista iwieġeb lil Simon Busuttil
Il-Partit laburista ħareġ stqarrija wara dak li qal Simon Busuttiul aktar qabel fil-ġurnata wara li żar l-isptar il-ġdid tal-Onkoloġija. Il-Partit Laburista qal li dik li qed isir l-ordni tal-ġurnata għall-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil hija l-politika tal-ipokrezija, il-politika li minnha qed jaqbad ma’ suġġetti bħala m’huwa l-qasam tas-saħħa biex jipprova jirbaħ xi punt politiku.
Il-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma semma bl-ebda mod il-mediċini out of stock, l-istess mediċini li qabbilhom mal-bottijiet tal-pizelli, ma semmiex il-listi ta’ stennija għall-operazzjonijiet li dan il-Gvern qed jaqta’, iżda semma n-nuqqas ta’ sodod, mingħajr ma nduna li b’dan l-aġir qiegħed sempliċiment ifakkar kif Gvern Nazzjonalista bena sptar iżgħar u li ħoloq din il-problema huwa stess.
Il-Partit Laburista kompla jgħid li dan il-Gvern qed jaħdem fuq bini ta’ swali ġodda, liema swali suppost kellhom isiru fuq l-emerġenza, "iżda hawnhekk ukoll, Simon Busuttil ma semmiex il-każ tal-konkrit, u li għalih mhu xejn għax l-isptar ma ġralu xejn f’20 sena" qal il-partit Laburista.