Deċiżjoni li tirrifletti ġustizzja mal-Partit u mal-elettorat – Simon Busuttil

Il-partit ilu sentejn iddiskriminat b'nuqqas ta' żewġ siġġijiet

Il-PN suppost ingħata 32 siġġu u mhux 30
Il-PN suppost ingħata 32 siġġu u mhux 30

“Id-deċiżjoni tal-Qorti li ngħatat illum hija deċiżjoni storika li tirrifletti ġustizzja mal-elettorat.” Dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil f’konferenza tal-aħbarijiet li ntemmet ftit tal-ħin ilu.

Busuttil qal li din id-deċiżjoni issa għandha tagħti bidu ta’ proċess mill-Kummissjoni Elettorali li għandu jwassal sabiex jiġu eletti żewġ membri parlamentari nazzjonalisti oħra fil-parlament.

“Il-Qorti llum ikkonfermat li dan il-partit ilu sentejn iddiskriminat b’nuqqas ta’ żewġ siġġijiet tort ta’ żball minn naħa tal-Kummissjoni Elettorali fejn il-PN suppost ingħata 32 siġġu u mhux 30. Din id-deċiżjoni għalhekk hija wkoll rebħa għall-elettorat li vvota għall-kandidati tagħna.”

Mitlub jispjega mill-ġurnalisti preżenti kif sar l-iżball fis-sala tal-għadd tal-voti u kif id-disa siġġijiet kellhom jinqasmu proporzjonalment, Simon Busuttil wieġeb li dan kollu qiegħed spjegat ċar fis-sentenza tal-Qorti.

 

More in Politika