Il-programm Xarabank tal-bieraħ filgħaxija ddiskuta r-referendun tal-11 t’April dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa bil-mistiedna prinċipali jkunu l-ġurnalist Saviour Balzan u Joe Perici Calascione għan-naħa tal-kaċċaturi.
B’udjenza mqassma dawk favur u dawk kontra, kuntrarjament gġal dak li ħasbu ħafna, l-programm mexa b’mod ċivili għajr xi battibekk l-hawn u l-hemm.
Il-preżentatur Peppi Azzopardi żvela stħarriġ li għamel il-programm dwar ir-referendum tal-kaċċa fir-rebbiegħa u l-fuguri kienu jindikaw maġġoranza għall-moviment tal-“Le”.
Ir-riżultati wera li 45% ta' dawk intervistati qalu li b'mod ġenerali jaqblu mal-kaċċa filwaqt li 55% qalu li ma jaqblux.
Meta kieni mistoqsijin kif se jivvotaw fir-referendum, 35.7% qalu li se jivvotaw favur u 44.7% qalu li se jivvota kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa. Kien hemm 5.3% li qalu li mhumiex se jivvotaw, filwaqt li 14.3% qalu li għadhom ma ddeċidewx kif se jivvotaw.