X'jgħidu laburisti dwar il-U-turn ta' Castaldi Paris

Ilu sentejn jammira t-tmexxija ta’ Joseph Muscat

L-eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista, l-eks president tal-Kulleġġ tal-Kunsilli lokali bħala rappreżentant tal-partit Nazzjonalista, l-eks sindku ta’ Ħal Lija f’isem il-partit Nazzjonalista u l-persuna li sa sena ilu kkontesta bla suċċess il-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, għamel u-turn ta’ 360 grad. Ftit tal-jiem ilu tela’ fuq il-podju tal-Moviment tal-partit Laburista u quddiem dawk li sa ftit xhur ilu kien iqishom avversarji politiċi, ikkonferma li fl-aħħar rabba l-kuraġġ u ngħaqad mal-moviment li ilu sentejn jammira l-istil ta’ tmexxija ta’ Joseph Muscat u qal li jrid ikun man-naħa li tgħid il-verità. Jidher li l-moviment li jgħid il-verità, Ian Castaldi Paris sabu tliet snin u 3 xhur wara li f’Novembru 2011 kien tela’ fuq podju fid-dar tal-ħġieġ tan-naħa t’isfel tal-Ħamrun u kien qal li jħossu kburi li hu Nazzjonalist u qal li għandu fiduċja kbira bil-mod kif kien qed imexxi Malta l-prim ministru Lawrence Gonzi.

Din il-gazzetta tkellmet ma’ tliet politiċi Laburisti u kif jaħsbuha dwar Ian Castaldi Paris u jekk iqisuhx bħala Laburist inkella opportunist.

L-opinjonijiet ta' Emanuel Cuschieri, Joe Grima u Marc Sant issibuhom fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Politika