Ħidma fuq diversi proġetti infrastrutturali fin-Nofsinhar ta’ Malta

Proġetti biex tkun stimulata l-attivita ekonomika u turiżmu

Proġetti biex tkun stimulata l-attivita ekonomika u turiżmu
Proġetti biex tkun stimulata l-attivita ekonomika u turiżmu

“Il-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar għaddej b’ħidma fuq diversi proġetti infrastrutturali biex mhux biss tkun stimulata l-attivita ekonomika iżda wkoll ikun ġenerat it-turiżmu fil-lokalitajiet tan-nofsinhar.” Dan qalitu l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli meta tkellmet fl-għeluq ta’ seminar annwali tal-Kumitat Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta dwar l-importanza li dan il-Gvern qed jagħti lil din iz-zona.
 
 
Dalli semmiet kif aktar tard din is-sena mistenni jibda x-xogħol fuq it-tielet ċentru tal-volontarjat fin-Nofsinhar li minnu nnifsu se jkun qed jiġġenera aktar attività fost l-NGOs. F’din il-binja se jkun hemm ukoll l-uffiċini amministrattivi tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar.
 
Il-Ministru fissret kif wieħed mill-għanijiet tal-Kunsill Konsultattiv huwa li permezz ta’ proġetti nfrastrutturali tkun stimulata l-attivita ekonomika f’lokalitajiet fin-Nofsinhar ta’ Malta.
 
“L-isfidi huma kbar iżda konvinta li b’ħidma sħiħa bejn il-Kunsill Konsultattiv u l-kunsilli lokali tan-Nofsinhar, dan il-Gvern se jirnexxilu jdaħħal nifs ġdid f’din il-parti ta’ Malta permezz ta’ proġetti li jistgħu jitgawdew mill-pubbliku u r-residenti” temmet tgħid il-Ministru Helena Dalli.
 
Iċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta Silvio Parnis qal li permezz ta’ dan il-Kunsill, ir-resident fin-naħa t’isfel ta’ Malta ngħataw vuċi effettiva, u dan huwa rifless fil-Baġit ta’ dis-sena fejn kienu nklużi diversi proposti li tressqu minn dan il-Kunsill.
 
“Kellna bidu pożittiv iżda fadal ħafna xi jsir u għalhekk irridu nkomplu nsostnu dan ir-ritmu li qbadna” saħaq Silvio Parnis.
 
 

More in Politika