Uffiċjali tal-Pulizija se jibdew iqassmu d-dokumenti għall-votazzjoni fid-djar minn għada s-Sibt, 28 ta’ Frar sa nhar l-Erbgħa, it-18 ta’ Marzu, 2015.
It-tqassim ser isir bejn id-9.00 am u s-1.00 pm u bejn is-2.30 pm u t-8.00 pm, fil-jiem kollha tal-ġimgħa (inkluż is-Sibtijiet u l-Ħdud).
Għaldaqstant huwa ta’ ħtieġa li fid-dar ikun hemm xi persuna responsabbli u tal-età biex tirċievi u tiffirma għad-dokumenti għall-votazzjoni. Ta’ min jispjega li simili bħal ma hemm asteriska ma’ ġemb l-ismijiet ta’ votanti ġodda rreġistrati għall-ewwel darba fir-reġistru elettorali, hekk ukoll hemm asteriska fuq ammont ta’ dokumenti għall-votazzjoni li tindika li l-votant għall-kunsilli lokali huwa ta’ età ta’ bejn is-16 u t-18-il sena. Din isservi għall-ġbir ta’ statistika.
Id-dokument għall-votazzjoni għandu jinżamm f’post fejn wieħed isibu għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota f’jum il-votazzjoni, is-Sibt 11 ta’ April, 2015.