Il-prezz taċ-ċilindri tal-gass ta’ 12Kg se jkompli jorħos u għax-xhur ta’ Marzu u April minn €18 se jinżel għal €17, roħs ta’ €1 għal kull ċilindru. Dan huwa l-orħos prezz fl-aħħar 3 snin għal dan il-perjodu fejn l-ogħla prezz f’April tal-aħħar sena taħt l-amministrazzjoni preċedenti kien €19.70.
Il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa rringrazzja lill-kumpanija Liquigas għall-koperazzjoni tagħha biex titkompla l-istabbilità fil-prezzijiet tal-gass u lill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi tal-ħidma tagħha.