Servizzi Residenzjali għall-Persuni b’Diżabbiltà f’Għawdex

Iffirmat il-kuntratt ta’ xiri ta’ propjetà

Iffirmat il-kuntratt ta’ xiri ta’ propjetà
Iffirmat il-kuntratt ta’ xiri ta’ propjetà

Ġie ffirmat il-kuntratt ta’ xiri ta’ propjetà f’Għawdex biex tintuża bħala residenza għall-persuni b’diżabbiltà.  Dan wara li nħarġet Espressjoni ta’ Interess għall-Provvista ta’ Djar u Servizzi Residenzjali għall-Persuni b’Diżabbiltà f’Għawdex. Id-dar identifikata se tkun waħda fir-Rabat u se tkun qed tilqa’ madwar għaxar residenti.

Ix-xogħol ta’ din id-dar se jibda minnufih u mistenni jitlesta sal-aħħar t’Ottubru biex sal-aħħar ta’ din is-sena, tibda tilqa’ l-ewwel residenti. Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva Justyne Caruana spjegat ukoll kif il-Gvern qiegħed jesplora possibiltajiet biex partijiet minn din il-binja jintużaw ukoll biex joffru servizzi oħra għall-persuni b’diżabbiltà. Hija semmiet li bħalissa għaddej xogħol biex jinfetaħ l-ewwel lifelong learning hub għall-persuni b’diżabbiltà li se jkun f’Għajnsielem u f'liema sit dalwaqt jibdew ix-xogħlijiet meħtieġa.

 

More in Politika