"Jekk ikun hemm theddida serja niġi hawn u nitkellem" - dan qalu l-Prim MInistru Joseph Muscat fuq Xarabank meta kien mitlub jikkummenta dwar is-sitwazzjoni ta' pajjiżna fil-konfront tal-ISIS.
Muscat qal li mill-informazzjoni li hemm s'issa ma' jidher li hemm ebda theddida serja. Qal ukoll li s-servizzi ta' sigurtà ta' pajjiżna qegħdin f'kuntatt ma' servizzi sigrieti ta' diversi pajjiżi oħra u minn dak li hemm s'issa ma hemmx raġuni għall-allarm.
Qal ukoll li s-sigurtà f'pajjiżna żdiedet u li s'issa ma hemm ebda indikazzjoni li jistgħu ikunu sparati xi missili li mill-Libja jistgħu jaslu sa Malta.
Il-Prim Ministru qal li hu ma' jistgħax jagħti ebda garanzija li ma jista qatt iseħħ xi inċident jew attentat f'pajjiżna u hu għalhekk li dejjem irridu nkunu viġilanti.
Hu awgura li l-poplu Libjan jasal biex isib it-triq tar-raġuni li twassal għall-paċi u stabbilità fil-pajjiż.