Komplew il-laqgħat bejn ix-Shadow Minister tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Trasport Marthese Portelli u x-Shadow Minister tal-Edukazzjoni u l-Impjiegi Therese Comodini Cachia mal-ħaddiema tal-Enemalta li għaddejjin minn perjodu diffiċli ħafna.
Wara l-laqgħa mal-Union Ħaddiema Magħqudin l-Oppożizzjoni kellha laqgħa mal-Enemalta Senior Staff Union fejn ġiet diskussa s-sitwazzjoni attwali.
Fil-jiem li ġejjin, kemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kif ukoll ix-Shadow Ministers se jibqgħu jiltaqgħu ma’ aktar ħaddiema, kif ukoll jagħmlu pressjoni mal-Gvern biex tieqaf minnufih id-diskriminazzjoni li teżisti bejn il-ħaddiema fl-opportunitajiet li qed jingħataw bħala xogħlijiet ġodda.