Il-kampanja tal-IVA - Iva bħala Maltin u Ewropej

Ftit individwi li qed jippruvaw jeqirdu l-kaċċa

Ftit individwi li qed jippruvaw jeqirdu l-kaċċa
Ftit individwi li qed jippruvaw jeqirdu l-kaċċa

It-tema li ntgħażlet minn dawk li huma favur il-kaċċa fir-rebbiegħa hija Iva bħala Maltin u Ewropej.

“Għandna ftit individwi li qed jippruvaw jeqirdu l-kaċċa fir-rebbiegħa u għalhekk il-pubbliku għandu jivvota "iva" għall-kaċċa fir-rebbiegħa.” Dan qalu Daniel Xriha waqt l-introduzzjoni tal-Kampanja favur il-kaċċa.

Xriha qal li mil-lum sar-referendum dawk favur il-kaċċa fir-rebbiegħa se jkunu qed iħawlu siġra kuljum taċ-ċipress, l-irmied, tal-għargħar, pruna selvaġġa, rand u ballut.

Tkellmet ukoll Dr Kathleen Grima li minn naħa tagħha appellat lil kull grupp f'minoranza biex joqgħod attent minn azzjonijiet bħal dawn kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa filwaqt li sostniet li temmen li l-ebda individwu Malti m'għandu jerġa' jkun espost għal dak li qed jgħaddu minnu bħalissa l-kaċċaturi Maltin.
 

More in Politika