"Neħħu l-maskra u affaċċjaw id-dibattitu" - SHout
Hija gidba li l-Partit Laburista, Muscat jew il-Partit Nazzjonalista u Busuttil qed jappoġġjaw il-kaċċaturi
More in Politika
Hija gidba li l-Partit Laburista, Muscat jew il-Partit Nazzjonalista u Busuttil qed jappoġġjaw il-kaċċaturi
Dalgħodu, fil-Belt Valletta, quddiem il-Qorti, tkompliet il-kampanja ta' SHout - Spring Hunting Out, il-kampanja li qed taħdem biex telimina darba għal dejjem il-kaċċa fir-rebbiegħa.
F'diskors imqanqal, Saviour Balzan, wieħed mill-kelliema ta' SHout, flimkien ma' Moira Delia, Mark Sultana u l-ambaxxatur Kevin Spiteri, Balzan għandha tiġi diskussa l-verità. Mhux il-marketing u l-islogans. "Aħna nirbħu għax għandna l-argumenti, aħna nirbħu għax qed naħdmu għall-ġid ta’ kulħadd, jekk jirbaħ l-iva jkun hemm diżastru ambjentali. Hija gidba sfaċċata li l-minoranzi qed jiġu mhedda. Mhux qed ngħidu jien, qed jgħidu Giovanni Bonello eks Imħallef tal-Qorti, din hija kampanja ta’ biża’."
Fid-diskors tiegħu Balzan semma li quddiem il-Qorti kienu miġburin quddiemu kien hemm protesti ħorox minn dawk li jiksru sfaċċatament il-liġi u joqtlu eluf ta’ għasafar protetti kull sena. "Safrattant anki weġġgħu ġurnalisti u persuni li huma kontra l-kaċċa f’dawn il-protesti" qal Balzan.
Qal kif fil-Qorti jittellgħu matul is-snin mijiet ta’ kaċċaturi talli kisru l-liġi, inkluż min jirrappreżenta lill-kaċċaturi.
Balzan qal li kollox hu bbażat fuq marketing exercise li jipprova juri li l-kaċċa f’Malta hija xi ħaġa umana.
"Il-kaċċaturi urew li mingħalihom ħadd mhu se jinduna li l-marketing waħdu u wċuħ sbieħ mhux biżżejjed biex jikkonvinċu lin-nies. Ikkuppjaw kollox minn fuq kampanji politiċi u taw l-impressjoni li qisu l-kaċċa hija xi ħaġa pożittiva. Il-kaċċa titratta biss azzjoni waħda, qtil u aktar qtil."
"Huwa privileġġ antik li wasal iż-żmien li l-poplu jgħid daqshekk – m’hemmx lok għal aktar kaċċa fir-rebbiegħa."
Il-kaċċaturi vera mhumiex il-personalitajiet bil-ġlekkijiet imma dawk li joħorġu fil-kampanja armati u lesti biex joqtlu dak kollu li jgħaddi minn fuqhom.
Balzan qal li l-kaċċaturi huma dawk li jheddu n-nies u jgħajruhom, dawk li ħarqu l-karozzi u attakkaw djar tan-nies, dawk li użaw il-vjolenza biex iwasslu l-messaġġ tagħhom, dawk li jinsulentaw lin-nies, dawk li ħadu artijiet pubbliċi bħal Miżieb, l-Aħrax u Delimara u għamluhom tagħhom, dawk li nstabu ħatja fil-qorti, dawk li għajru l-Prim Ministri ta’ dan il-pajjiż, dawk li tkellmu kontra l-Ewropa u issa qed jifirħu biha.
Ix-SHout għandu dawn il-messaġġi importanti:
Tistħux turu lin-nies minn intom, tkomplux tistaħbew wara gimmicks u marketing bix-xinxilli.
Uruhom li intom persuni li toħorġu bis-senter u toqtlu l-għasfar.
Uruhom li intom nies li ħadtu l-kampanja għalikom.
Jekk intom vera favur Malta u l-Ewropa, mela ftakkru li fl-Ewropa m’hemmx kaċċa fir-rebbiegħa
Inħeġġu x-xandir tal-Istat u l-media biex jiftħu d-dibattitu biex naraw il-verità kollha.
Il-Kummissjoni elettorali għandha tinforma n-nies dwar kif tivvota.
U fl-aħħar il-votant għandu jkun jaf li jekk jivvutaw IVA għall-kaċċa u mhux le, ikunu qed jagħtu l-barka li l-kaċċaturi jagħmlu li jridu u l-ambjent naturali jingħata l-ġenb darba għal dejjem.