“Ejja ngħinu żgħażagħ li kapaċi jieħdu riskju u jiżviluppaw idea innovattiva f’impriża li tista’ trendi.” Qalet dan il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli hekk kif l-iniżjattiva li nehdiet flimkien mal-Għaqda tal-Istudenti AEGEE favur is-sens imprenditorjali fost iż-żgħazagħ daħlet fit-tieni fażi tagħha. Dalli sostniet li hemm bżonn noffru appoġġ lil min jipprova jibda negozju tiegħu u ma jirnexxilux, għax imbilli imprenditur żgħażughħ ifalli ma jfissirx li ma jistgħax jerġa’ jqum fuq saqajh u joħrog b’idea li tirnexxi.
Fit-tieni fażi tal-iniżjattiva mnehdija mill-MEP Maltija Miriam Dalli dwar is-sens imprenditorjali fost iż-żgħażagħ, grupp ta' madwar 24 żgħażugħ u żgħażugħa Maltin attendew għal konferenza organizzata fi Brussell. L-għan ta’ din il-konferenza kien li ż-żgħażagħ Maltin, fosthom ukoll imprendituri żgħażagħ u studenti jakkwistaw informazzjoni diretta minn membri tal-Kummissjoni Ewropea u anke’ imprendituri barranin dwar x’jista’ jsir aktar biex l-Unjoni Ewropea toffri spazju akbar lill-imprendituri żgħażagħ. L-għan ta dan il-proġett li għandu wkoll l-appoġġ tal-Kummissarju Ewropew Elizabetta Bienkowska li hija wkoll responsabbli mill-SME’s u l-impriżi huwa li ż-zgħażagħ Maltin joħorġu b’rakomandazzjonijiet għal policies aħjar favur imprendituri żgħażagħ.
Miriam Dalli identifikat numru ta’ areas fejn hemm bżonn issir aktar ħidma biex permezz tagħha jingħata spazju akbar lill-imprendituri żgħażagħ. Sostniet li l-akbar ostakolu li kulħadd isemmi huwa l-problemi li negozjanti ġodda jsibu biex ikollhom aċċess għal finanzjament.“Is-sistema l-aktar komuni hija s-self mill-banek,” sostniet Dalli, “madankollu, irridu nibdew naħsbu f’alternattivi differenti bħal m’huma business angels, crowd funding u anke’ l-alternattiva li nġibu flimkien imprendituri diġa stabbiliti u imprendituri ġodda b’idejat innovativi biex jaħdmu flimkien.”