Apoloġija li niżlet tajjeb mal-opinjonisti politiċi
Il-flus mhux iddikjarati li Michael Falzon kellu fl-Iżvizzera...
More in Politika
Il-flus mhux iddikjarati li Michael Falzon kellu fl-Iżvizzera...
Wara li ġimgħa ilu ħarġet l-aħbar li l-eks ministru Nazzjonalista Michael Falzon kellu €465,000 fis-snin passati miżmuma fil-bank HSBC tal-Iżvizzera, liema flus ma kinux iddikjarati u għalhekk ma tħallsux taxxi fuqhom, l-istess Falzon ħareġ stqarrija fejn talab maħfra pubblika lil dawk kollha li kienu fdawh u vvutawlu biex jeleġġuh fil-parlament.
Michael Falzon qal li dawn il-flus kienu ħlas għal xi konsulenzi li għamel bħala perit f’negozju fl-Iżvizzera meta ma kienx Ministru. Qal ukoll li ħa vantaġġ fl-iskema li għamel il-gvern u ġab flusu Malta u rranġa s-sitwazzjoni fiskali.
Ħafna stennew li wara li l-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil ħareġ żewġ stqarrijiet fejn issospenda lil Michael Falzon u Ninu Zammit, li wkoll ammetta li kellu flus fl-istess bank, kien se joħroġ bit-tielet stqarrija tiegħu u jissospendi wkoll lil Austin Gatt. Gatt kien ammetta qabel l-aħħar elezzjoni li kellu flus li wiret mingħand il-familja tiegħu li kienu fl-Iżvizzera u li kien nesihom tant li anke nesa jniżżilhom bħala introjtu fid-dikjarazzjoni tad-dħul tiegħu. Is-sospensjoni ta’ Austin Gatt però, għal xi raġuni jew oħra, ma waslet qatt.
L-opinjonijiet fil-ħarġa tal-ILLUM