Kaffetterija b’riħa ta’ Korruzzjoni
Simon Busuttil fuq il-Café Premier
More in Politika
Simon Busuttil fuq il-Café Premier
Il-Kap tal-oppożizzjoni, Simon Busuttil iddeskriva t-trattativi tal-bejgħ ta’ Café Premier għal €4.2 miljun bħala li fih intiena ta’ korruzzjoni.
F’intervista qasira fuq Radio 101 talab lil prim Ministru biex jieħu r-responsabilita politika għal dan in-negozju.
“Dawn il-flus setgħu intefqu fi skola ġdida, jew biex titnaqqas l-istennija fli sptar inkella biex jorħsu l-prezzijiet tal-fjuwil.
Simon Busuttil għamel dawn il-kummenti wara r-rapport tal-awditur ġenerali li poġġa fil-Parlament li ħareġ fil-beraħ in-nuqqasijiet f’dan in-negozjar li kien jinkludi kummissjoni ta’ €210,000.
Qal ukoll li dan ir-rapport jinkludi wkoll email fejn il-prim ministru wieġeb, “Ok ejja mmexxu” bir-riferenza għal ħlasijiet.
Il-Kap tal-oppożizzjoni qal li l-gvern seta jieħu l-proprjeta lura billi jieħu lil proprjetarji l-qorti talli ma ħallsux il-kera. Staqsa wkoll dwar iż-żmien li Muscat u l-proprjetarji tal-Kafe Premier għażlu li jiltaqgħu li kien immedjatament qabel u wara l-aħħar elezzjoni ġenerali.
Busuttil kompla semma wkoll l-aħbar li ħarġet it-Times of Malta li l-proprjetarji irrifjutaw offerta ta’ €4.2 miljun mingħand Anġlu Xuereb fl-istess żmien li in-negozju mal-gvern kien konkluż.