Ir-rivalità bejn il-Unjins qed tħarbat l-ekonomija

L-MEA hija motivatà mir-responsabiltà u mhux mill-popolarità tal-unjins

L-MEA hija motivatà mir-responsabiltà u mhux mill-popolarità tal-unjins.
L-MEA hija motivatà mir-responsabiltà u mhux mill-popolarità tal-unjins.

“Ir-rivalità bejn il-Unjins qed twassal biex flok ma joffru dak li l-impegati jixirqilhom, qed joffru pika bejniethom fi sforz biex juru min hu l-aktar b’saħħtu. Dan joħroġ minn dak li qal Josef Vella f’isem il-UĦM li semma’ kif unjins saħansitra qed javviċinaw membri ta’ unjins opposti f’attentat biex jiksbu għarfien u rikonoxximent fil-postijiet tax-xogħol.” Dan qalu l-President tal-MEA Arthur Muscat meta indirizza l-laqgħa annwali tal-assoċjazzjoni ta’ min iħaddem.

Muscat qal li din il-problema trid tiġi indirizzata hekk kif ir-rivalità bejn il-unjins qed taffettwa l-kompetittività tal-kumpaniji Maltin. “Ir-rivalità qed twassal biex dawn il-unjins mhux qed jitolbu għal dak li ħaqqu l-ħaddiem fuq produttività. L-istess rivalità wasslet biex anke l-President ta’ Malta ħasset il-ħtieġa li twaqqaf Forum li jippromwovi relazzjonijiet aħjar bejn il-unjins.”

Muscat temm jgħid li l-MEA hija mmotivata mir-responsabiltà u mhux mill-popolarità tal-unjins.

 

More in Politika