Taħriġ għall-infermiera li jaħdmu fir-residenzi ta’ kura għall-persuni anzjani

Proġett iffinanzjat taħt il-Fond Soċjali Ewropew

Proġett iffinanzjat taħt il-Fond Soċjali Ewropew
Proġett iffinanzjat taħt il-Fond Soċjali Ewropew

L-Università ta’ Malta daħlet fi sħab mas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva fuq proġett iffinanzjat taħt il-Fond Soċjali Ewropew bl-isem ta’ Capacity Builidng in Care for the Elderly and Persons with Disability.
 
Bħala parti minn dan il-proġett, il-Fakultà ta’ Benesseri Soċjali ser tkun qed torganizza taħriġ għall-infermiera li jaħdmu fir-residenzi ta’ kura għall-persuni anzjani u fil-komunità.  Programmi ta’ tagħlim jimmiraw li jiżviluppaw fehim avvanzat tal-perspettivi multidixxiplinari dwar l-istudju tal-anzjanità u d-dimenzja, u jikkontribwixxu mhux ftit għall-iżvilupp tal-għarfien dwar il-kura tad-dimenzja u l-prattika fost l-infermiera f’Malta. 

Il-parteċipanti fil-programmi tat-taħriġ ser ikunu qed jinagħtaw is-setgħa li jużaw l-akbar potenzjal tagħhom fil-kura soċjali u tas-saħħa ta’ persuni anzjani bid-dimenzja - b’hekk, jiżguraw li persuni anzjani bid-dimenzja jgħixu ħajja dinjituża u li tagħmel sens li tirispetta d-drittijiet tagħhom bħala ċittadini.  In-numru ta’ persunal li ser ikun imħarreġ sal-aħħar parti tal-proġett jammonta għall-madwar 340. 
 

More in Politika