Illum Malta ffirmat id-Dikjarazzjoni ta’ Liżbona dwar l-Ambjent, il-Klima u l-Enerġija Nadifa. Leo Brincat, Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima ffirma din id-dikjarazzjoni fi tmiem it-tieni laqgħa tax-xorta tagħha tal-Ministri tad-Djalogu tal-Punent tal-Mediterran. Dawn il-laqgħat annwali huma magħrufin aktar bħala l-5+5 - fejn jattendu għalihom l-Alġerija, il-Libja, Il-Mauritania, il-Marokk, it-Tuneżija, Franza, l-Italja, Malta, il-Portugall u Spanja.
Il-Ministru Brincat kien ukoll fost il-Ministri barranin li ġew mistiedna mill-Ministru Portugiż tal-Ambjent, Spatial Planning u Enerġija Jorge Moreira da Silva, biex iżur u jiltaqa’ mal-eżibituri u parteċipanti fil-Green Business Week f’Liżbona.