Il-PM jiddefendi d-deċiżjoni tax-xiri ta' Cafè Premier

"Ma naħsibx li proprjetà prima fil-Belt Valletta għandha titħalla tiġi kkumerċjata mis-settur privat" - Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern se jindaħal sabiex ma jkun hemm kummerċjaliżazzjonijiet oħra fi postijiet storiċi bħalma huwa s-sit ta' Cafè Premier li l-Prim Ministru ddeskrivih bħala "proprjetà ikonika."

Muscat, li kellu sehem attiv u kien personalment involut f'dan il-ftehim ta' €4.2m, iddefenda l-prezz imħallas billi qal li kienet ta' "fair market value."

"Hi kwistjoni ta' proprjetà li kienet disponibbli fuq is-suq, il-Gvern ried jiġbor flusu, flus li ma kinux qed jinġabru, b'tort tal-amministrazzjoni ta' qabel li ma kinetx qed tiġbor dawn il-flus," kompla jgħid il-Prim Ministru. Li kieku għażlu li jidħlu l-Qorti kif kien ta parir l-Awditur Ġenerali, kien hemm ċans li l-każ jispiċċa bħal dak li ġara fir-Rinella Film Studios li dam 17-il sean fil-Qorti. "Ma naħsibx li nistgħu mmorru f'sitwazzjoni fejn deħlin għall-belt kapitali tal-kultura, u jkollna post ċentrali fil-Belt Valletta magħluq u mitluq għal 17-il sena," kompla Muscat.

Meta ġie mistoqsi jekk dan il-każ ħoloqx preċedent għal każi futuri, Muscat wieġeb li "Wieħed irid joqgħod attent meta joħroġ dawn il-konċessjonijiet."
 

More in Politika