Il-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) joħroġ il-pożizzjoni uffiċjali tiegħu dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa. Il-Kunsill jiddikjara li d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar Qafas biex tiġi permessa Deroga li tiftaħ l-istaġun tal-Kaċċa tal-Gamiem u tas-Summien fir-Rebbiegħa m'għandhiex jibqgħu fis-seħħ.
Il-KSU kompla biex jgħid li r-raġuni ewlenija għaliex huma kontra għaliex għalkemm legali, dan il-passatemp qiegħed ikun ta' detriment serju fuq is-sostenibbilità ambjentali. Il-KSU fl-istqarrija tiegħu jispjega kif il-miżuri meħtieġa mhux qed isiru b'mibgħeda lejn il-kaċċatur, iżda b'imħabba lejn il-konservazzjoni tal-ispeċi.
Il-KSU jħeġġeġ lill-elettorat, speċjalment lill-istudenti biex joħorġu jivvotaw nhar il-11 ta' April 2015. Iħeġġeġ ukoll lill-politiċi sabiex ikunu protagonisti ta' diskussjoni oġġettiva, u ma jħarsux lejn din il-kwistjoni bħala xi ħaġa politika li tħares biss lejn il-voti.