Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat kellu laqgħa f'Brussel flimkien mal-Ministru tal-Ambjent tal-Olanda Wilma Mansveld u s-Segretarju tal-Istat tal-Ambjent tas-Slovakkja Vojtech Ferencz bi tħejjija għall-Presidenza tagħhom tal-Unjoni Ewropea, fosthom dik ta’ Malta fis-sena 2017.
It-Trio Meeting sar bl-iskop li jitfasslu kemm programm maqbul bil-quddiem, kif ukoll li titħejja ħidma koordinata ħalli tiżgura s-suċċess tal-Presidenza Maltija flimkien maż-żewġ Presidenzi li jiġu qabilha, bil-għan li jinkisbu l-aħjar riżultati mixtieqa fl-oqsma tal-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima.
Il-laqgħa nżammet ġewwa l-uffiċċju rappreżentattiv tal-Olanda għall-Unjoni Ewropea.