L-Ekonomija l-Ħadra hija opportunità għal ħolqien ta' impjiegi” – Miriam Dalli

Miriam Dalli indirizzat konferenza għolja li tanalizza l-isfidi ambjentali

 

“Jiena nemmen li hemm rabta diretta bejn l-ambjent, is-saħħa, l-ekonomija, l-impjiegi u t-tnaqqis tal-faqar. Din tista jew titqies bħala sfida jew inkella bħala opportunita’ li irridu inkunu ippreparati biex nindirizzaw. Jiena narahha bħala opportunita."

Miriam Dalli tindirizza konferenza għolja dwar l-ambjent
Miriam Dalli tindirizza konferenza għolja dwar l-ambjent

Dan kien il-kumment finali tal-MEP Maltija Miriam Dalli meta ndirizzat konferenza għolja li matulha l-Aġenzija Ambjentali Ewropea nehdiet u iddiskutiet fid-dettall ir-rapport ġdid tagħha “The European Environment State and Outlook 2015”.

Dan ir-rapport janalizza l-isfidi ambjentali li jeżistu madwar l-Unjoni Ewropea  u jinkludi analiżi ta’ data globali, reġjonali u pajjiż, pajjiż. Ir-rapport jimxi fu il-linja gwida ta’ “kwalita’ għola t’għixien f’rispett lejn id-dinja” kif imniżżla fis-7 Programm t’Azzjoni Ambjenatli.

Il-konferenza kienet indirizzata minn Dr Hans Brynincks, Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Ambjent Ewropea, l-eks Kummissarju Ewropew għall-Ambjent Janez Potočnik u minn Karl Falkenberg, Direttur Ġenerali fid-Direttorat Ġenerali tal-Ambjent.

Dr Miriam Dalli ibbażat d-diskors tagħha fuq l-implimentazzjoni vera u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini bħala pern ewlieni biex niksbu sostenibbilita’ fit-tul: “L-għan aħħari tagħna għandu jkun sostenibilita fit-tul u li tibqa titgawda fit-tul u mhux għal-ftit żmien. Li ngħamlu l-liġijiet hu importanti imma jekk imbgħad ma npoġġuwhomx fis-seħħ  ikun għalxejn.  Daqstant ieħor huwa importanti li ċ-ċittadini tagħna jkunu involuti. Irridu niftakru li il-ħarsien ambjentali u s-saħħa tal-bniedem huma marbutin flimkien.

Miriam Dalli qalet li huwa inkwetanti ħafna li kull sena fl-Unjoni Ewropa jkollna 400,000 persuni li jmutu kawża tat-tniġġiż tal-arja u 10,000 oħra jmutu minn problemi relatati kawża ta’ Noise Pollution.  Dwar it-Tibdil fil-Klima Dalli qalet li għandu jkun hemm miżuri kemm biex nevitaw dan il-fenomenu imma wkoll oħrajn biex nadattaw ruhna għalih. Sostniet li l-Unjoni Ewropea għandha tgħafas iktar fuq l-Ekonomija l-Ħadra, li toħloq impjiegi f’oqsma relatati mal-ambjent, u l-Ekonomija Ċirkulari, li l-hi mibnija fuq l-idea li kemm jista jkun ma naħlu u ma narmu xejn.

L-MEP Maltija tkellemt wkoll dwar l-enerġija u l-Unjoni tal-Enerġija li qiegħda taħdem fuqha l-Unjoni Ewropea. “Irridu ndaħlu iktar sorsi ta’ enerġija nadifa fejn per eżempju nuzaw l-LNG  biex inħaddmu l-vapuri u anke vetturi kbar. Dan filwaqt li nqisu l-effiċċjenza bħala ċentrali," saħqet Dalli.

“Dan kollu hu marbut mal-mod kif nixtiequ li uliedna jgħixu l-ħajja tagħhom. Jekk l-viżjoni li l-Ewropa għandha għal-2050 isseħħ, dan jkun jfisser li ibni jgħix nofs ħajtu f’ambjent ferm aktar san.  Jien irrid li din il-viżjoni nġibuwha realta’. Imma jekk dan vera irridu niksbuħ, allura irridu inkunu aktar ambizzjużi. Irridu azzjoni iktar milli kliem... iktar tgħarif u iktar investimenti u innovazzjoni. Fl-aħħar mill-aħħar irridu ngħatu prijorita’ lill-ambjent  fl-oqsma kollha tat-tmexxija.” temmet tgħid Dalli.

 

More in Politika