L-aġenda femminista hija prijorità għall-gvern

Il-Gvern qed jaħdem biex in-nisa f'pajjiżna jimxu 'il quddiem

Il-Gvern qed jaħdem biex in-nisa f'pajjiżna jimxu 'il quddiem
Il-Gvern qed jaħdem biex in-nisa f'pajjiżna jimxu 'il quddiem

Ir-rwol tan-nisa fil-ħajja pubblika, ekonomika u soċjali kienu t-temi prinċipali diskussi waqt laqgħa li l-Eżekuttiv ta' NL - Nisa Laburisti kellu mal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat fl-okkazjoni ta' Jum il-Mara li jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd li ġej.

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-aġenda femminista hija prijorità għall-gvern u għall-pajjiż. “Ħatriet importanti fil-pajjiż bħal dik ta' President tar-Repubblika, oħrajn  f'diversi entitajiet pubbliċi u pożizzjonijiet oħra ta' tmexxija fi strutturi differenti fil-pajjiż illum huma okkupati minn nisa.  Dan juri bil-fatti li l-gvern jaġixxi fuq dak li jemmen fih.”

Muscat qal li filwaqt li l-Gvern qed iniedi iniżjattivi u mizuri li jsostnu din l-aġenda, qiegħed ifittex ukoll li jsib soluzzjonijiet fit-tul għal numru ta' sfidi li jaffaċċjaw in-nisa f'pajjiżna. “ Iniżjattivi bħal ma huma dawk taċ-childcare b'xejn, il-garanzija tax-xogħol għaż-żgħażagħ u l-ġlieda kontra l-prekarjat huma wkoll mizuri li minnhom qed jibbenifikaw in-nisa daqskemm l-irġiel.”

Semma’ wkoll l-ħidma intensiva tal-Gvern fil-qasam tal-ħolqien tal-impjiegi għandha wkoll sinifikat għaliex aktar nisa fid-dinja tax-xogħol illum ifisser ukoll li fil-futur ikollna anqas nisa li jispiċċaw foqra tas-soċjetà għaliex ma jkollhomx pensjoni minħabba li ma jkunux ħallsu kontribuzzjonijiet. “Huwa għalhekk li l-Gvern qed jaħdem bis-sħiħ fl-oqsma kollha biex jara li n-nisa f'pajjiżna jimxu 'il quddiem billi l-Gvern jipprovdi l-għodda neċessarja qal.”

Min-naħa tagħha Claudette Abela Baldacchino President ta'  NL - Nisa Laburisti qalet li l-Organizazzjoni tinsab inkoraġġita mis-sinjali pożittivi li qed jibgħat il-Gvern. “Il-Ħidma tal-Gvern hija ezempju ħaj ta' kemm il-Gvern qed jaħdem bis-sħiħ fl-oqsma politiċi, ekonomiċi u soċjali biex aktar nisa jimxu 'il quddiem f'ħajjithom.”

Abela Baldacchino qalet li Jum il-Mara din is-sena ser ikun qed jiġi ċċelebrat fl-isfond ta' kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali.  Qalet li jkun f'waqtu li jiġi eżaminat kif filwaqt li fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kellna suċċess kbir għan-nisa, madanakollu, meta wieħed iħares lejn il-livell ta' Kunsilli Lokali u anke nazzjonali, il-livell ta' kandidatura femminili għadha żgħira wisq.  “Nisa Laburisti tinsab fiduċjuza li bil-ħidma tal-Gvern qed tiġġi mwittija t-triq biex is-soċjetà tagħna tiżviluppa b'tali mod li jkollna soċjetà ekwa fejn in-nisa daqs l-irġiel ikollom ukoll suċċess f'ħajjithom.”
 

More in Politika