Malta miexja fuq binarji pożittivi u hi ekonomikament b’saħħitha
Wara sentejn taħt Gvern Laburista . . .
More in Politika
Wara sentejn taħt Gvern Laburista . . .
Għada jagħlaq sninu l-Partit Laburista imexxi l-gvern ta’ Malta. Sentejn ġewwa minn ħamsa li hemm biex dan il-Gvern jattwa dak li wiegħed u jattwa l-programm elettorali. Wara nuqqas ta’ kważi 25 sena mil-gvern (apparti bejn l-1996 u l-1998) ingħata l-fiduċja biex imexxi lil Malta b’maġġoranza assoluta. Finanzjarjament Malta baqgħet miexja fuq binarji pożittivi u hija ekonomikament b’saħħitha. Dan dejjem skont iċ-ċertfikati li qed jagħtu lil Malta l-gwardjani u aġenziji globali fuq l-ekonomija u l-finanzi bħal ‘Fitch’ u ‘Standard & Poor’.
Din il-gazzetta ħadet l-opinjoni ta’ diversi stakeholders fil-pajjiż, bħal Unjins, studenti, mexxejja ta’ minoranzi, tobba, turiżmu, kummerċ u opinjonisti dwar kif mar fl-eżami l-Gvern Laburista fejn jidħlu l-ekonomija, saħħa, xogħol, edukazzjoni u trejdunjiniżmu, jekk għamilx biżżejjed u x’għandu jsir iżjed.
Tony Zarb – GWU
Hu fatt ċar li sentejn ta’ Gvern Laburista ħa ħsieb li jtejjeb l-interessi tal-ħaddiema, speċjalment dawk vulnerabbli li kienu jaħdmu bil-prekarjat
Jesmond Bonello – UĦM
Il-UĦM tħoss li dawn l-aħħar sentejn kienu ftit diżappuntanti minħabba l-fatt li kien hemm numru ta’ aspettativi mill-ħaddiema li sal-lum għadhom ma twettqux.
Gabi Calleja – MGRM
Fir-rigward tad-drittijiet ta' persuni LGBTI diġà twettqu ħafna mill-miżuri li l-Gvern kien ikkommetta li jimplimenta.
Joe Muscat – GTA
Matul dawn l-aħħar sentejn, it-turiżmu għal Malta kien rekord
Frank Portelli - Kirurgu u opinjonista
Kieku ma kienx għall-ħidma kontinwa ta’ tobba, nurses u paramediċi, l- pazjent qiegħed ħafna agħar milli hu llum. Fli Sptar Mater Dei għandek dak li tista’ ssejjaħlu l-Perfect Storm żewġ maltempati deħlin f’xulxin.
Gayle Lynn Callus – KSU
Il-Kunsill ħadem tajjeb mal-Gvern, u bil-kontra; nixtieq u nistenna li dan ikompli
Michael Briguglio – Kummentatur Politiku
Pajjiżna mhux se jibqa’ dipendenti fuq iż-żejt u għadu jgawdi l-istess stabbilità ekonomika li kienet teżisti taħt Gvern preċedenti, minkejja t-taqlib u l-kriżijiet ekonomiċi f'pajjiżi oħra qrib Malta. Iżda l-poplu ma vvutax lill-Partit Laburista fil-Gvern biex dan ifakkarna fil-gvern preċedenti kull meta jiġi kritikat.
Il-kummenti sħaħ fil-ħarġa tal-ILLUM