Kemm-il sekonda se jieħu Simon Busuttil biex jiddeċiedi dwar Giovanna Debono?- PL

Il-ġurnal Maltatoday ippublika lista ta’ wħud mix-xogħlijiet li saru fosthom; garaxx mibni b’mod illegali f’barriera, xogħlijiet għal Sindku Nazzjonalista, xogħlijiet f’restorant ħdejn ir-Rabat, bini ta’ ġiebja, xogħol fuq razzett illegali, xogħol fuq triq fix-Xgħara u fabbrika tal-logħob tan-nar kif ukoll xogħol f’ħanut tal-ħobż ħdejn ta’ Pinu.


Sadattant il-Partit Laburista ħareġ stqarrija fejn qal li fid-Diskors tiegħu waqt il-Kunsill Ġenerali, Simon Busuttil ma lissinx kelma waħda dwar dak żvelat illum dwar dak li kien jiġri f’Għawdex, fejn kienu jsiru xogħolijiet f’postijiet privati li għalihom iħallas il-Gvern.

Busuttil għandu jgħid jekk kienx jaf b’dan l-iskandlu. U jekk kien jaf għandu jgħid meta.

Fl-istess diskors, Busuttil għamel referenza wkoll għall-każ tal-Iswiss leaks fejn minkejja li qal li ħa 5 sekondi biss biex iddeċieda fuq Michael Falzon u Ninu Zammit, kemm -il sekonda se jieħu biex jiddeċiedi dwar Giovanna Debono? L-arloġġ ilu li telaq jagħqad u Simon Busuttil għadu ma qal xejn.

‘Whistleblower’ minn Għawdex kixef skema li fiha allegatament Anthony Debono, ir-raġel ta’ Giovanna Debono kien jikkordina xogħolijiet għal privat li jitħallsu mill-Ministeru t’Għawdex. Il-ġurnal Maltatoday zvela kif minn tal-inqas ħames kuntratturi kienu jintbgħatu jagħmlu xogħol ta’ konkos u konrit għall-kostitwenti tad-distrett Għawdxi mingħajr ebda spiża għal persuni kkonċernati.

Il-ġurnal Maltatoday ippublika lista ta’ wħud mix-xogħlijiet li saru fosthom; garaxx mibni b’mod illegali f’barriera, xogħlijiet għal Sindku Nazzjonalista, xogħlijiet f’restorant ħdejn ir-Rabat, bini ta’ ġiebja, xogħol fuq razzett illegali, xogħol fuq triq fix-Xgħara u fabbrika tal-logħob tan-nar kif ukoll xogħol f’ħanut tal-ħobż ħdejn ta’ Pinu.

Anthony Debono, li fiż-żmien inkwistjoni kien uffiċjal fil-Ministeru, kien responsabbli biex id-dipartiment tal-proġetti u zvillup joħroġ rċevuti għax-xogħolijiet taħt proġetti oħra. Fost dawn inħarġu rċevuti għal xogħol f’Wied Siker fil-Fontana, Wied Mielaħ u Wied il-Lunzjata, liema xogħol qatt ma sar. Uħud minn dawn ix-xogħolijiet baqgħu sejrin saħansitra sal-ġurnata tal-elezzjoni fl-2013 fejn sar pavimentar ta’ triq.

Huwa mifhum, qal il-Maltatoday, li l-irċevuti u l-evidenza ta’ dan kollu qedgħa għand il-pulizija.

Il-whistleblower allega li l-kostitwenti ma kienux  iħallsu ta' dawn ix-xogħlijiet u minflok l-kuntratturi li għamlu dan ix-xogħol kienu joħorġu irċevuti lill-Ministeru għal Għawdex fuq proġetti oħra. 

 Anthony Debono il-bieraħ irrifjuta li jwieġeb lil ġurnalisti tal-Malta Today meta ikuntattjawh filwaqt li Giovanna Debono qalet li kienet l-ewwel darba li semgħet b'dan il-każ allura ma setgħetx tikkumenta.

 

More in Politika