Minn sorsi viċin Triq il-kappuċċini f'Victoria fejn hemm l-uffiċċju tal-Public Works kien hemm attivita mhux tas-soltu fil-ġurnata tal-Ħadd. Kien hemm diversi uffiċċjali tal-gvern li ma kinux minn Għawdex u anke xi membri tal-pulizija deħlin fil-post u sal-lejla ħdejn dan l-uffiċċju hemm pulizija għassa mal-post. Hu mifhum li dan jinsab hemm biex jiżgura li ħadd ma jidħol fl-uffiċċi u jmiss xi files jew jinħarġu xi files. Sorsi infurmati qalulna wkoll li fi Pjazza San Franġisk fejn hemm il-ministeru għal Għawdex hemm preżenza ta' xi pulizija u sorveljanza aktar minn Triq il-kappuċini.
Il-pulizija fil-fatt issiġġillaw l-uffiċċju u l-garaxx tal-Public Works biex jiżguraw li l-ebda materjal u dokumenti ma jinħarġu jew jintmessu.
Dan wara li l-Malta Today ħarġet rapport dalgħodu dwar li whistleblower qed jallega li Anthony Debono, ir-raġel tal-eks ministru għal Għawdex Giovanna Debono kien ħoloq skema li kostitwenti ta' martu kien qed isirilhom xogħol ta' kostruzzjoni fuq proprjetajiet privati li jitħallsu mill-gvern, jidher li qed isiru investigazzjonijiet dwar dawn l-alegazzjonijiet.