Fi stqarrija mahruġa mill-membru parlamentari Nazzjonalista Giovanna Debono, l-eks ministru qed tiċħad kategorikament u bil-qawwa kollha dak kollu li qed jiġi allegat fuqha, u qed issostni li qed jintuża b’mod partiġġjan u għal xi raġunijiet ulterjuri ta’ Joseph Muscat.
"Qed nagħmel din l-istqarrija fid-dawl tal-fatt li dak allegat fuqi qed jiġi użat politikament. Jiena għalhekk qiegħda niddefendi ismi, l-istess kif qiegħed jagħmel ir-raġel tiegħi."
"Jiena lesta nirrepeti dan taħt ġurament u nikkopera b’kull mod ma’ kull investigazzjoni li qegħda ssir," kompliet issostni Debono.
Debono temmet tgħid li minflok ma jipponta subgħajh lejha, "Joseph Muscat messu jħares lejn is-swaba li qed jippuntaw lejh fl-iskandlu li kien involut hu personalment tal-Cafe’ Premier."