Kumpaniji Maltin għadhom joperaw fil-Libja

Dan minkejja s-sitwazzjoni li fiha jinstab il-pajjiż bħalissa

Il-Libja ilha 4 snin mifniha bi ġlied intern
Il-Libja ilha 4 snin mifniha bi ġlied intern

Waqt li kien qiegħed iwieġeb mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Chris Cardona qal li għad hemm kumpaniji Maltin li preżentament għadhom qed joperaw fil-Libja. Cardona qal li fost dawn il-kumpaniji hemm dawk li żammew xi tip ta' preżenza fil-Libja bit-tama li la s-sitwazzjoni f'dak il-pajjiż tkun aktar favorevoli, dawn ikunu jistgħu jerġgħu jibdew jiperaw. Dawn il-kumpaniji ġejjin minn oqsma varji, bħall-oqsma mediċi, avjazzjoni, assikurazzjoni u tagħmir elettriku fost oħrajn.

"Fost l-inizjattivi meħuda minn Malta Enterprise fir-rigward ta’ kumpaniji li kienu jew għadhom joperaw fil-Libja hemm assistenza biex dawn isibu swieq ġodda fil-kontinent Afrikan. Il-kumpaniji li talbu l-assistenza ta’ Malta Enterprise kellhom kliem ta’ tifħir għall-għajnuna li rċievew fl-iqsar zmien possibbli." Saħaq Cardona. 

Għall-mistoqsija ta' Galea, fejn fiha staqsa jekk jistax jingħata tagħrif dwar jekk kienx hemm kumpaniji li talbu l-għajnuna tal-Gvern, li iżda baqgħu ma ngħatawx din l-istess għajnuna, Chris Cardona wieġeb li "Seta’ kien hemm xi talbiet li ma kienx loġistikament u materjalment possibbli għall-Gvern Malti li jagħti assistenza għalihom - bħal biex ħlasijiet li kumpaniji Maltin kienu dovuti minn kumpaniji privati Libjani u l-Gvern Libjan jitħallsu lura. Jien infurmat li dawn it-talbiet, iżda, kienu waħdiet."

 

More in Politika