L-iskandlu taż-żejt jismu Konrad Mizzi – Simon Busuttil

Kien hemm indħil dirett mill-Ministru

Kien hemm indħil dirett mill-Ministru
Kien hemm indħil dirett mill-Ministru

“Il-poplu issa jaf għaliex kien qed jinsteraq fil-pompi tal-petrol.” Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt konferenza stampa fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pieta’.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-indħil dirett tal-Ministru Konrad Mizzi, li ordna li x-xiri jsir direttament mill-kumpanija SOCAR tal-Azerbaijan, sewa’ lill-Enemalta €14-il miljun f’telf.

Busuttil saħaq li l-indħil dirett ta’ Mizzi fix-xiri tal-fuel fisser il-miljuni għall-poplu Malti kif ħareġ mir-rapport tal-Awditur Generali li għal darb’oħra ċanfar il-Gvern ta’ Joseph Muscat.

“Dan l-indħil iqajjem suspetti speċjalment fid-dawl taż-żjara li Joseph Muscat u Konrad Mizzi għamlu fl-Azerbaijan waħedhom mingħajr ma ħadu ebda uffiċċjal pubbliku jew ġurnalisti.” Temm jgħid Simon Busuttil.
 

More in Politika