Bżonn immedjat ta’ task-force diplomatika Ewropea għall-Libja – Miriam Dalli

Ngħinu u nħeġġu kemm nistgħu biex fil-Libja jkun hemm Gvern ta’ unita nazzjonali

Ngħinu u nħeġġu kemm nistgħu biex fil-Libja jkun hemm Gvern ta’ unita nazzjonali
Ngħinu u nħeġġu kemm nistgħu biex fil-Libja jkun hemm Gvern ta’ unita nazzjonali

L-MEP Maltija Miriam Dalli ipproponiet li tittwaqqaf Task force diplomatika Ewropea għall-Libja. Din il-proposta saret hekk kif l-MEP Maltija indirizzat il-laqgħa plenarja ta’ Strasburgu f’diskussjoni fuq is-suġġett mal-Viċi President tal-Kummissjoni Federica Moghereini li hi repsonsabbli mir-relazzjonijiet internazzajonali.

“Nemmen li għandna nwaqqfu task-force diplomatika Ewropea li tikkunsidra kwalunkwe soluzzjoni possibbli għal-Libja u li tfassal pjan li jindirizza kull xenarju,” saħqet Dalli

Dalli qalet li din it-Task force għandha twieġeb lill-Vici President Federica Mogherini.

“Għandu jkollna mizuri preventivi li jaċċertaw li s-sitwazzjoni kurrenti tistabbilizza ruħha bi pjanar u impenn serju. Dan appart li għandna ngħinu u nħeġġu kemm nistgħu biex fil-Libja jkun hemm Gvern ta’ unita nazzjonali” kompliet l-Ewroparlamentari Maltija.
Miriam Dalli qalet li huwa biss jekk intemmu l-instabilita’ li teżisti fil-Libja, li nkunu nistgħu nassiguraw stabilita fil-Mediterran u fl-Unjoni Ewropeja kollha kemm hi.

Hija irreferiet għal-fatt li kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa qed twassal biex ħafna persuni jippruvaw jaqsmu l-Mediterran. Qalet li jekk il-pajjiżi li jħabbtu wiċċhom mal-problema tal-immigrazzjoni se jibqgħu jiġu injorati, il-Mediterran imma anke l-Ewropa kollha kemm hi se tbati riperkussjonijiet serji.

“Ma tistgħux tibqgħu tinjoraw is-sitwazzjoni u tħallu l-affarijiet kif inhuma. Nistenna li l-Unjoni Ewropeja tibda tattwa dak li ilha titkellem dwaru. Irridu  naraw is-solidarjeta fil-prattika”, qalet Dalli.

L-MEP Maltija qalet li għandna ntemmu din l-instabilita anke’ għal miljuni ta’ persuni innoċenti fil-Libja li wara Rebbiegħa Għarbija onestament emmnu onestament li kien se jkollhom bidu ġdid.

 

More in Politika