Malta u l-Italja miftuħin għall-fenomenu tal-immigrazzjoni rregolari – Owen Bonnici

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu ma tiqafx biss fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu ma tiqafx biss fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà
Il-ġlieda kontra t-terroriżmu ma tiqafx biss fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà

Il-Ministri għall-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'laqgħa formali fi Brussell qablu li l-ġlieda kontra t-terroriżmu ma tiqafx biss fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà - li huma kruċjali u importanti - imma testendi wkoll fuq il-bżonn li wieħed jipprevjeni li persuni fl-Ewropa jiġu radikalizzati biex imbagħad jingħaqdu fi gruppi terroristiċi.
 
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici sostna li l-Parlament Malti fil-jiem li għaddew approva b'mod unanimu abbozz ta' liġi kriminali li jġib lil pajjiżna konformi ma’ dak li jridu r-Riżoluzzjonijiet tal-Ġnus Magħquda u istituzzjonijiet oħra fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.  Biss huwa saħaq li s-settur ġudizzjarju għandu jimpenja ruħu wkoll favur politika ta' prevenzjoni biex l-Unjoni Ewropea tiġġieled bis-serjetà l-fenomenu tar-radikalizzazzjoni li jseħħ fl-Ewropa stess.
 
Owen Bonnici appella biex din il-politika ta’ prevenzjoni Ewropea ma tiffukax biss fuq sitwazzjonijiet ta’ radikalizzazzjoni f'ħabsijiet imma żżomm f'moħħha realtajiet li jgħaddu minnhom pajjiżi bħal Malta u l-Italja li huma miftuħin għall-fenomenu tal-immigrazzjoni rregolari.
 
Matul il-laqgħa saru wkoll diskussjonijiet dwar ir-Regolament il-ġdid dwar il-Protezzjoni tad-Data u ntlaħaq qbil li dan ir-Regolament għandu jiġi ffinalizzat malajr kemm jista' jkun. Saret ukoll diskussjoni dwar suġġetti oħrajn bħal drittijiet proċedurali ġodda għall-arrestat u s-simplifikazzjoni ta’ dokumenti pubbliċi fl-Ewropa.
 

More in Politika