Proċess imtappan u mċajpar – Marc Sant

€1,000,000 fondi addizjonali lill-Kunsilli Lokali

 

 “Dawk kollha li ssottomettew il-proġetti tagħhom ġew imsejħa quddiem bord ta’ ħames membri li fosthom ma kien hemm ħadd minnhom li jifhem fil-Kunsilli Lokali.” Dan qalu l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Marc Sant f’kummenti ma’ din il-gazzetta.

Sant xejn mhu kuntent bil-mod kif ingħataw il-€1,000,000 f’fondi addizjonali lil Kunsilli Lokali li kkwalifikaw għal proġetti li suppost kellhom ikunu għal proġetti kapitali. “La bħala president tal-assoċjazzjoni u lanqas bħala kunsillier ta’ Ħal Lija, sal-lum il-ġurnata ma nafx min ħa dawn il-fondi u lanqas kemm ħadu jew fuq liema bażi kkwalifikaw għal dawk il-fondi li ħadu.”

Marc Sant qal ukoll li kien avviċinat minn żewġ Kunsilli partikolari li kellmuh u qalulu li meta marru quddiem dan il-bord sabu tlieta mill-ħames membri jieklu l-pastizzi filwaqt li ieħor mar fil-kċina u l-ieħor wera biċ-ċar li ried jeħles malajr kemm jista jkun. “Ovvjament dawn iż-żewġ kunsilli ma kkwalifikawx.”

 

Aktar fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Politika