Għajdut li Putin tneħħa mill-poter - Putin hu ‘ħaj’ iżda ‘newtralizzat’

Misteru dwar l-għibien ta’ disat ijiem tal-president Russu….jikber għajdut li tneħħa mill-poter

 

Wara li ħarġet aħbar li Putin ma dehtrx fil-pubbliku għax mar jassisti t-twelid ta’ ibnu mill-maħbuba tiegħu ta’ 32 sena Alina Kabaieva, donnu li l-għajdut hu aktar minn għajdut. Xi ġranet ilu kien rappurtat (anke f’dan il-portal) li Vladimir Putin kellu laqgħa mal-Kap tal-Qorti suprema, iżda il-filmat li xxandar fuq it-televiżjoni tal-istat sar magħruf li kien mill-arkivji.

 

trakkijiet ħdejn il-kattidral ta' San Bażiliku fil-Kremlin ħolqu suspetti
trakkijiet ħdejn il-kattidral ta' San Bażiliku fil-Kremlin ħolqu suspetti

Qed jingħad li Putin hu ħaj għax kien hemm anke min ħaseb li kien mejjet jew maqtul iżda l-kelma li ħarġet hi li hu newtralizzat taħt kolp ta’ stat bil-pulit mill-kapijiet tas-sigurta tiegħu. Jingħad li l-Kap tal-FSB Nikolai Patrushev hu wara dan il-kolp. Dan qed jgħidu iċ-ċerman tal-Kumitat Iżlamiku favur il-Kremlin Geydar Dzhemal.

 

Għal disat ijiem sħaħ Putin ma dehrx fil-pubbliku u convoy ta’ trakkijiet ħdejn il-Kremlin imlew Moska b’aktar għajdut. Fil-fatt dawn it-trakkijiet ħdejn il-Kattidral ta’ San Bażiliku suppost li huma parti miċ-ċelebrazzjonijiet kbar għall-ewwel anniversarju minn meta ru-Russja reġgħet ħadet il-Krimea f’idejha u kien qed jingħad li Putin se juri l-poteri kbar tar-Russja f’din iċ-ċelebrazzjoni.

Bloggers Russi qed ixebbhu dan l-għajbien ta’ Putin ma’; dak tal-Kap Ukren Viktor Yanukovych li ħataf kulma seta qabel ħarab minn Kiev madwar sena ilu.

Dzehmal li hu leali ħafna lejn il-Kremlin qal,” Naħseb li Putin hu newtralizzat bħalissa, iżda żgur li għadu ħaj. Jinsab taħt il-kontroll ta’ aġenziji li jridu l-poter taħt idejhom, li fl-opinjoni tiegħi organizzaw kolp ta’ stat.

Hemm  informazzjoni li Patrushev iltaqa mal-Kap taċ-Ċeċneja Ramza Kadyrov fil-11 ta’ Marzu bie xiħajru jingħaqad magħhom ħalli jtajru lil Putin

 

More in Politika