Diplomatiku Amerikan qal li sta għal kull pajjiż individwali jekk jingħaqadx mal-bank ta żvilupp Internazzjonali mmexxi miċ-Ċina wara li rapporti fil-midja irrapurtaw li diversi 'ħbieb' tal-Amerka injoraw l-pressjoni minn Washington li joqogħdu l-bogħod minn din l-istituzzjoni Ċiniża.
Franza, l-Ġermanja u l-Italja qablu li jingħaqdu mal-Gran Brittanja u jingħaqdu ma' dan il-bank tal-investiment infrastrutturali (AIIB) skont kif irrapurtat il-Financial Times.
L-istess ġurnal qal li din id-deċiżjoni mill-erba pajjiżi kbar Ewropej kienet daqqa ta' ħarta diplomatika għal washington li qed jistaqsu jekk dan il-bank ġdid għandux livelli għolja ta governanza, ambjentali u soċjali.
Il-bank qed jidher ukoll li qed jikontribwixxi għal 'soft power' fir-reġjun, possibilment a spejjeż tal-istati Uniti
Il-president tal-Unjoni Ewropea Martin Schulz qal li hu jilqa bil-ferħa li erba' nazzjonijiet Ewropej ingħaqdu mal-AIIB, iżda żied li l-bank irid jiġi konformi ma' livelli internazzjonali.
L-aġenzija tal-aħbarijiet tal-istat Ċiniża, Xinhua qalet li l-Korea t'Isfel, l-Iżvizzera u l-Lussemburgu qed jikkonsidraw li jingħaqdu ma' dan il-bank ukoll. Filwaqt li l-kelliem għal affarijiet barranin taċ-Ċina qal li dan il-bank se jkun miftuħ, inklussiv, trasparenti u responsabbli.