Kessler ma jitħalliex jidher quddiem il-kumitat tal-Parlament mill-Unjoni Ewropea

Kull uffiċċjal tal-Kummissjoni jrid jottjeni awtorizazzjoni minn quddiem

L-EU irrifjutat li tagħti permess lil kap tal-OLAF Giovanni Kessler biex jixhed quddiem il_kumitat tal-privileġġi Parlamentari.

Kessler kien notifikat biex jidher fil-kumitat il-bieraħ filgħaxija iżda fis-6.17 bagħat e-mail lil Anglu Farrugia biex jgħidlu li l-Kummissjoni Ewropea pprojbitlu li jidher quddiem il-kumitat.

"Kull uffiċċjal tal-Kummissjoni li jiġi mitlub biex jagħti evidenza quddiem kumitat ta' parlament Nazzjonali li jkun għaddej b'xi inkjesta irid jottjeni awtorizazzjoni minn quddiem mill-Kulleġġ tal-Kummissarji," qalet il-Kummissarju Kristalina Georgieva f'ittra mibgħutha lil Kessler. 

More in Politika