Busuttil ma jeskludix li jista jkollu koalizzjoni mal-Alternattiva fl-elezzjoni li jmiss

Busuttil jakkuża lil Muscat li jixxaħħam….Muscat jwieġbu li kompla jagħmel il-ħofra għalih

Waqt id-dibattitu bejn il_Prim Ministru u l-Kap tal-oppożizzjoni fuq il-programm Times Talk fuq l-istazzjon PBS, assistejna għal ħafna batti bekki u tfigħ ta’ tajn u suspetti fuq iż-żewġ naħat. Iż-żewġ Kapijiet kellhom attakki sarkastiċi fuq xulxin fejn kultant anke dehru kemmxejn infantili bħal meta wieħed jgħid li Muscat hu l-uniku bravu, b’Muscat iwieġeb li l-uniku wieħed mhux bravu hu Busuttil. Bħal meta l-prim ministru jwieġeb ,”inti tajjeb biss biex tikkopja” meta l-Kap Tal-Oppożizzjoni qallu “kompli ħaffer” dan wara li ftit minuti qabel l-Prim Ministru kien qallu li bil-mod kif qed jitfa t-tajn jew aħjar jitkellem fuqu kien qed iħaffer il-ħofra tiegħu.

Iżda l-aktar argument qawwi kien meta Joseph Muscat qal li l-bailout kellu bżonnu l-Partit nazzjonalista biex joħroġ mill-qagħdha finanzjarja li kien jinsab fiha. Busuttil wieġeb “għax aħna ma nixaħħmux”.

Muscat:- “Jiġifieri int qed tgħid li jien nixxaħħam?”

Busuttil:- “Bil-fors hux”, “jekk għandek l-awditur Ġenerali jikteb dak li kiteb fejn qallek li tajt 4.2 miljuni”

Muscat:- “Int bis-serjeta?”

Busuttil: “Dawn is-suspetti li jqumu Sur Prim Ministru ta”

Muscat:- “Tal-Mistħija, Tal-Mistħija”

Busuttil:- “Trid tagħti rendikont lin-nies int”

Muscat:- “Qas irrid nagħti kasek, f’ġieh kemm hemm, f’ġieh kemm hemm”

Busuttil:- “Int rajthoim ir-rapporti sur Prim ministru?”

Muscat:- “Dak jien tajtomlhom id-dokumenti għax m’għandix x’naħbi”

Busuttil:- “Tqajjem is-suspetti qiegħed.”

Muscat:- “Jien nitħassar lil  Partit nazzjonalista li twikka bi bniedem bħalek. Għax qatt u l-ebda Kap tal-Partit nazzjonalista li niftakar jien ma waqa f’din il-bassezza li qed taqa int. Kompli ħaffer il-ħofra tiegħek stess, kompli.”

Din forsi kienet l-aktar parti iebsa mill-konfront, iżda kien hemm ukoll punti tajbin fid-dibattitu fejn il-Prim Ministru ħabbar li se tinfetaħ l-iskola medika f’Għawdex.

Mistoqsijin mistoqsijiet diretti fl-aħħar tal-programm

Muscat ammetta li żbalja meta kien qal bil-pushback għall-immigranti u Busuttil qal li ma jerġa qatt jieħu deċiżjoni ta’ astensjoni fil-liġi tal-unjoni ċivili. Muscat qal li ma jirrżenjax jekk il-power station ma tkunx lesta f’sena u nofs u qal jirriżenja biss jekk jgħolew il-kontijiet.

Busuttil qal li hu ma jeskludix li jista jkollu koalizzjoni mal-alternattiva Demokartika fl-elezzjoni li ġejja

 

Sadattant żewġ opinjonisti newtrali taw dan il-punteġġ lil Gvern wara sentejn taħt partit laburista, Dawn kienu Martin Scicluna u Michael Briguglio

 

Malta Tagħna lkoll:-

Martin Scicluna:-  1/10

Michael Briguglio:- 5/10

 

Ekonomija u Finanzi:-

Martin Scicluna:- 8/10

Michael Briguglio:- 7/10

 

Ambjent u Ppjanar:-

Martin Scicluna:- 0/10

Michael Briguglio:- 3/10

 

Enerġija:-

Martin Scicluna:- 5/10

Michael Briguglio:- 5/10

 

Tibdil Soċjali:-

Martin Scicluna:- 6/10

Michael Briguglio:- 6/10

 

Total:-

Martin Scicluna:- 40%

Michael Briguglio:- 52%

 

Busuttil qal li l-Gvern ma ġabx pass mark meta għoddhom, fil-fatt l-Gvern ġab pass mark mingħand Briguglio jew aħjar kemm għaddha u falla skont Martin Scicluna.

 

 

 

More in Politika