Il-koalizzjoni mal-PN hu kollu ħolm - Alternattiva

Cacopardo jgħid li l-ewwel prijorita hu r-referendum biex tispiċċa darba għal dejjem  il-kaċċa fir-Rebbiegħa

carmel cacopardo dalgħodu kiteb fuq il-blog tiegħu dwar dak li ħareġ mill-programm Times Talk li l-PN jista jingħaqad f'koalizzjoni mal-Alternattiva Demokaratika. Cacocaprdo qal, "TimesTalk nhar it-Tlieta li għaddew reġa’ qajjem mill-mewt l-idea ta’ koalizzjoni  f’Malta billi lejn l-aħħar tal-programm staqsa lill-Kap tal-Opposizzjoni jekk jeskludix (fil-futur) koalizzjoni ma’ Alternattiva Demokratika.Simon Busuttil, ġustament, wieġeb li ma jeskludix."

Dal-għodu Arnold Cassola ikkummenta mat-Times li dan hu kollu ħolm (pie in the sky) u cacopardo jikkumenta li "hekk hu"

"Għad baqa’ tlett snin sal-elezzjoni ġenerali u sa dakinnhar min jaf kemm jinbidlu affarijiet. Kemm għad isiru kalkoli u paroli. Jekk għadx ikun hemm min ikun imħajjar jikkunsidra koalizzjoni jiddependi minn kif ser tittrasforma ruħha l-politika Maltija minn issa sa tlett snin oħra. Tista’ tinbidel ftit jew inkella ħafna, u tista’ tibqa’ kif inhi! Ilkoll nafu li kif qal darba Harold Wilson, Prim Ministru u Kap tal-Partit Laburista Ingliz: fil-politika anke ġimgħa hu żmien twil ħafna. Aħseb u ara tlett snin! Mela meta tiġi naraw.  

"Sadanittant nibqgħu iffukati fuq il-11 t’April. L-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u l-ewwel referendum abrogattiv biex tispiċċa darba għal dejjem il-kaċċa fir-rebbiegħa."

More in Politika