Żieda ta 44% fl-applikazzjonijiet għall-ażil

Skont il-Eurostat, 191,000 persuna aktar ftittex l-ażil madwar l-Unjoni Ewropea kollha
 

F'sena wahda, in-numru ta' dawk li jfittxu l-ażil żdied b'191,000 persuna mal-UE kollha - jiġifieri żieda ta' 44% fuq is-sena ta' qabel. Dan ifisser li fl-2014 kien hemm 626,000 li bdew ifittxu l-ażil fl-UE. L-akbar żieda kienet fost is-Sirjani li minn 72,000 minn 50,000 - b'total ta' kważi 123,000 sirjani jfittxu l-ażil fl-2014.

L-aktar post li fih kien hemm applikazzjonijiet għall-ażil kien il-Ġermanja, b'32% - segwita mill-Iżveżja bi 13% u l-Italja u Franza t-tnejn b'10% tal-applikazzjonijiet kull wieħed.

Meta mqabbla mal-popolazzjoni tal-Istat Membru, l-ogħla rati ġew irreġistrati fl-Iżvezja(8.4 applikant għal kull 1,000 abitant). Malta rreġistrat waħda mill-ogħla rati wkoll hekk kif għal kull 1,000 kien hemm 3.2 applikant għall-ażil. 

Hekk kif l-aktar li fittxew l-ażil fl-UE kienu ġejjin mis-Sirja, mill-122,800 applikant, 60% ingħatalhom l-ażil jew fil-Ġermanja jew fl-Iżvezja. 41,300 applikant imbagħad kienu ġejjin mill-Afganistan - fejn il-maġġoranza ingħataw l-ażil fil-Ġermanja wkoll.

More in Politika