Il-Ġlieda Elettorali f'Reporter

Il-Ministru Owen Bonnici u l-whip Nazzjonalista David Agius fid-diskussjoni

Tliet ġimgħat mill-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, Reporter jitkellem mal-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici u l-kelliem Nazzjonalista għall-Gvern lokali David Agius.

Reporter jistaqsi x'inhuma x-xogħlijiet li qed jitwettqu? X'inhuma s-sitwazzjonijiet finanzjarji tal-kunsilli? Qegħdin jintlaħqu l-aspettattivi tar-residenti? X'inhu l-interess prinċipali tal-kunsilliera; il-lokalità jew il-partit?

Reporter jixxandar illejla fid-20.40 fuq TVM2, b'ripetizzjoni eżatt wara fl-21.45 fuq TVM. Id-diskussjoni f'Reporter titmexxa minn Saviour Balzan.

More in Politika