Ftehim ma' Microsoft biex Malta tkun fost l-aqwa fl-edukazzjoni teknoloġika

L-għan huwa li Malta ssir "worldwide lighthouse centre" fil-qasam tal-edukazzjoni permezz tat-teknoloġija
 

Ritratt: Ray Attard
Ritratt: Ray Attard

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta tista' ssir "lighthouse country" fil-qasam tal-edukazzjoni teknoloġika fi ftit tas-snin.

Dan qalu meta kien qed jikkummenta fl-iskola Stella Maris wara li l-Gvern iffirma memorandum of understanding mal-kumpanija Microsoft, sabiex jiġi estiż l-użu tal-IT fil-klassijiet.

"Dan il-ftehim se jgħin lil Malta tagħmel passi 'il quddiem fil-qasam tal-edukazzjoni."Però, dan huwa proġett edukattiv u mhux wiehed tal-IT. Li tintuża l-aqwa teknoloġija u b'hekk tiġi mghejuna l-esperjenza ta' tagħlim."

Il-Viċi President tal-Edukazzjoni, Anthony Salcito qal li dan il-ftehim qed jimmira li jneħħi d-distakk bejn l-edukazzjoni u l-post tax-xogħol, li jissaħħaħ is-sens ta' intraprenditorija u tgħin lill-istudenti Maltin, jsibu xogħol f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.

"Dan mhux dwar it-teknoloġija, imma kif nistgħu nibgħatu t-tfal l-iskola biex ikollhom futur aħjar, f'dinja li qiegħda kulma tmur issir teknologika," żied jgħid Salcito.

More in Politika