Tliet kuntratturi Għawdxin allegaw li ġew imqabbda jagħmlu xogħlijiet ta' kostruzzjoni fuq residenzi u negozji privati mill-Ministeru għal Għawdex. Huma qed jistennew li jiġu rikonoxxuti bħala whistleblowers skont il-Whistleblowers' Act. It-tielet kuntratt kuntrattur tkellem wara li l-MaltaToday rrappurtat li Anthony Debono, ir-raġel tal-eks ministru għall-Għawdex Giovanna Debono, qabbad kuntratturi privati sabiex jagħmlu xogħlijiet għall-kostitwenti f'Għawdex, li ġew imniżżla bħala proġetti tal-gvern. Giovanna Debono ċaħdet kategorikament li hi kienet taf b'dan kollu.
L-ewwel rikjesta tal-whistleblower li ġiet rikonoxxuta legalment bħala whistleblower diġà ġiet ipproċessata mill-awtoritajiet responsabbli, inkluż l-Avukat Ġenerali Peter Grech. L-allegazzjonijiet tal-whistleblower issa qed jieħdu ħsiebhom il-Kummissarju tal-Pulizija, Michael Cassar.
Ix-xogħlijiet privati li seħhew qabel l-elezzjoni ġenerali kienu fuq fomm kulħadd f'Għawdex, iżda din baqgħet mistura minħabba "kultura ta' segretezza".
Jidher li Anthony Debono kien jipprovdi l-materjal mill-garazz tal-Ministeru għal Għawdex u d-depot tax-xogħlijiet pubbliċi lill-kuntratturi - u dan kollu ħareġ fil-beraħ hekk kif il-kuntratturi privati ma tħallsux. Qed jiġi allegat ukoll li l-kostitwenti li ngħataw xi xogħlijiet jaf ħallsu għal xi wħud minnhom - li jaf ifisser li x-xogħlijiet ma bdewx jingħataw b'xejn imma b'rata ta' skont.
Il-MaltaToday irrapurtat li nħarġu emails li fihom jidher li l-ewwel whistleblower li kellu jieħu madwar €50,000 bgħat lill-Whip Parlamentari tal-PN David Aguis u tallbu l-assistenza.
Il-PN qal li ma setax ikun jaf jekk dawn il-pagamenti kinux ġejjin minn illegalitajiet, filwaqt li l-PL staqsa lill-PN biex jgħid il-verità.
Fuq il-programm Reporter, nhar it-Tnejn li għadda, David Agius argumenta li hu dehem li l-emails rreferew għal pagamenti li kellhom isiru għal xogħlijiet li saru għall-Kunsill Lokali tal-Għarb.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat talab lill-mexxej tal-Oppożizzjoni sabiex jissospendi lill-Giovanna Debono mmill-partit, iżda Simon Busuttil qal li ż-żmien li fiha nħarġet din l-aħbar intagħżel apposta sabiex tiddevja l-attenzjoni mill-kwistjoni ta' governanza ta' Muscat stess bil-kwistjoni tax-xiri tal-Cafè Premier għal €4.2 miljun.