Sandro Mangion mhedded fuq il-pożizzjoni li ħa kontra l-kaċċa

L-editur tal-Union Print jgħid li rċeva theddid wara li fuq l-profil tal-Facebook personali qal li ħa jivvota LE.
 

Il-kap tal-editorija tal-Orizzont u t-Torċa - Sandro Mangion
Il-kap tal-editorija tal-Orizzont u t-Torċa - Sandro Mangion

Sandro Mangion jirċevi theddid hekk kif aktar kmieni din il-ġimgħa stqarr fuq il-profil tal-Facebook tiegħu li ħa jivvota le għall-kaċċa fir-rebbiegħa fir-referendum ta' April li ġej (Aqra hawn). Huwa esprima għaliex iħoss li għandu jivvota LE, filwaqt li enfasizza li din hi l-opinjoni personali tiegħu, u mhux tal-Union Print - li hu l-editur tagħha.

Huwa tella' ritratt ta' kumment li rċeva li jgħid "Jekk ir-referendum dwar l-aktar delizzju għażiż li għandi jien u l-familja tiegħi ma jgħaddix, int ser tkun l-ewwel wiċċ li jien u l-kumplament...", li rċeva wara li tella' l-opinjoni personali tiegħu.

More in Politika