L-U.E. mhix interessata fil-problemi tal-bdiewa u raħħala Maltin – Alfred Sant

L-agrikoltura Maltija marret lura fl-aħħar għaxar snin

L-agrikoltura Maltija marret lura fl-aħħar għaxar snin
L-agrikoltura Maltija marret lura fl-aħħar għaxar snin

“Jekk il-Kummissjoni Ewropea mhijiex interessata li tippromwovi proġetti agrikoli ġodda f'Malta, għandna nagħmluh aħna bħala pajjiz biex niżguraw li l-bdiewa u r-raħħala ma jinqerdux minn fostna.” Dan qalu l-MPE Malti Alfred Sant li żied jgħid li hi ħaġa ċara li minn Brussell, il-Kummissjoni Ewropea mhix tapprezza l-problemi tal-bdiewa u r-raħħala Maltin.

Sant qal li l-istatistika stess tagħha turi li l-agrikoltura Maltija marret lura fl-aħħar għaxar snin. “Dan  ma jimportax għall-Kummissjoni Ewropea, ovvja għax jaraw is-settur agrikolu Malti bħala ċkejken wisq. Irridu nibqgħu nisħqu fuq is-siwi għal Malta tas-settur tal-biedja. Ir-Rapport  Annwali tal-Agrikoltura maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea, iddikjara li għajr għal ftit eċċezzjonijiet, Malta għandha eżitu negattiv kostanti f’dan is-settur.”

Il-Kap tad-Delegazzjoni Maltija tal-S&D fil-Parlament Ewropew  irreaġixxa wara  l-Kummissjoni Ewropea qalet li ma kienx hemm bżonn ta’ proposti ġodda għal kundizzjonijiet speċifiċi fis-settur agrikolu Malti. ‘Il-Kummissjoni Ewropea mhix interessata fil-problemi tal-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin. Il-KE mhux imħassba dwar is-sinjali negattivi fl-agrikultura Maltija. Irridu nibqgħu ninsistu fuq il-valur tal-biedja f’Malta u f’Għawdex’.

 

More in Politika