Politika Nazzjonali għat-Turiżmu 2015 -2020

Msawwra fuq viżjoni strateġika

Edward Zammit Lewis
Edward Zammit Lewis

Il-Ministru għat-Turiżmu nieda l-Politika ta’ dan il-Gvern għat-Turiżmu għas-snin 2015-2020: Politika msawwra fuq viżjoni strateġika li testendi sas-sena 2030.  Dan wara proċess li beda f’Lulju li għadda u ġie ppreżentat b’mod komplut fix-xahar ta’ Marzu kif kien ġie mwiegħed dakinhar.
 
Din il-politika li qegħdin nippreżentaw illum, sostna l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, hija l-frott ta’ ħafna xogħol u konsultazzjoni. Dan il-proċess beda triqtu mal-ħatra ta’ Kumitat Konsultattiv li witta t-triq għall-ifformular tal-ewwel abbozz u li kompla permezz ta’ perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika li ġġenerat interess kbir. Il-Ministeru għat-Turiżmu rċieva rispons sostanzjali mill-Ministeri l-oħra, minn numru ta’ għaqdiet u assoċjazzjonijiet, u minn individwi.  “Dan ir-rispons mhux biss ilqajnieh iżda kemm jista’ jkun tajnieh l-attenzjoni xierqa sabiex inkludejnieh fid-Dokument finali li qiegħed nippreżentalkom.”
 
Zammit Lewis qal ukoll li d-dokument tal-Politika Nazzjonali għat-Turiżmu huwa pass importanti fil-mixja tagħna biex inpoġġu din l-industrija fuq sisien aktar sodi u nkunu nistgħu nilqgħu għall-isfidi u l-opportunitajiet tas-snin li ġejjin.  “Għal dan l-għan huwa importanti li destinazzjoni bħal Malta jkollha Politika aġġornata u tajba fil-qasam tat-Turiżmu.”

 

More in Politika