MediaToday tniedi sit fejn il-pubbliku jista’ jgħid tiegħu

MT Observer hu proġett ġdid għall-MediaToday b’parteċipazzjoni tal-pubbliku u rigali ta’ kull ġimgħa

Il-kumpanija MediaToday minn dejjem kienet tgħożż il-qarrejja tagħha li baqgħu dedikati lejn il-materjal li toffri fuq il-gazzetti Illum u MaltaToday. Issa, din il-kumpanija xtaqet li toffri pjattaforma lil dawk li jkunu jridu jsemmgħu leħinhom u jkollhom xi ritratti jew filmati x’jibagħtu.

MaltaToday Observer se jkun qed jipprovdi pjattaforma għal kontenut kreat mill-pubbliku fuq suġġetti varji. Se jkun hemm assenjamenti li jiġu mogħtija lill-pubbliku u jibqgħu għaddejjin għal tul ta’ żmien, u jagħtu ċ-ċans lill-utenti jipparteċipaw u jaraw x’qed jitfa’ ħaddieħor. Apparti minn hekk se jkunu qed jintgħażlu l-aħjar ritratti u filmati u jingħataw rigali lil dawk li jipparteċipaw.

Ritratti u filmati li jintgħażlu jistgħu jintużaw fuq pubblikazzjonijiet tagħna, b’mod speċjali fl-artikli ta’ MaltaToday.com.mt u Illum.com.mt u nagħtu l-kreditu lil min ikun bagħathom.

MT Observer, aqsam id-dinja tiegħek magħna u ħu sehem billi tidħol hawn.

More in Politika