Ir-ritratt jitkellem waħdu

Ritratt meħud minn fuq facebook dwar persuna li għażel li jagħmel propoganda oriġinali 

Dan ir-ritratt li qed jiġri fuq facebook ittieħed minn xi ħadd li kien qed isuq wara t-tali persuna li jħoss li jekk ma jkunx hawn kaċċa fir-Rebbiegħa jinfirdu l-familji. Kienu l-ħafna li ppruvaw jifhmu kif jistgħu jinfirdu familji jekk tinqata l-kaċċa fir-Rebbiegħa. Iżda l-aktar kumment li jolqot kien ta' waħda li qalet li flok IVA kellha tinkiteb LE għax bil-kaċċa fir-Rebbiegħa jinfirdu l-familji tas-summien u l-gamiem.

Persuna oħra innutat li mal-karrozza hemm tliet tiri, jew forsi mpinġija, tgħid dawn it-tiri kienu mmirati lejn l-għasafar. Jekk hu dan il-mira marret żmerċ anke jekk il-karrozza jisimha MIRA.

More in Politika