Il-Ministru Anton Refalo li s-Sibt minn taħt it-tinda tan-nadur wara attivita tal-Partit Laburista fejn kellu diskors imqanqal ħafna, spiċċa b'uġiegħ f'sidru l-isptar Mater Dei. Fejn qed jiġi kkurat fit-taqsima tas-CCU.
Nofs siegħa ilu minn fuq is-sodda tal-isptar Anton Refalo bagħat messaġġ għal Jum il-Ħelsien filwaqt li rringrazzja lil dawk li qed jikkurawh.
Hu kiteb hekk:- Nawgura lil kulħadd il-festa t-tajba. Waqt li qegħdin infakkru Jum il-Ħelsien rridu niftakkru ukoll f'tant popli li għadhom iridu jiksbu l-ħelsien tagħhom. Jien bħalissa qiegħed nirkupra l-Isptar Mater Dei ħalli kemm jista' jkun malajr nirritorna ħalli nkompli nservi. Nirringrazzja lil dawk li qegħdin jikkurawni u lilkom ilkoll tas-solidarjeta' li wrejtu miegħi u mal-familja tiegħi.