Jitneħħew il-Kwoti tal-UE fuq il-ħalib

Tħassib fost il-bdiewa dwar x'konsegwenzi ħa jkollu dan il-pass

Reazzjoni mħallta bejn il-bdiewa hekk kif ilbieraħ, 31 ta' Marzu, tneħħew il-kwoti li l-UE kellha fuq il-ħalib. Dan il-pass ġie 30 sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dawn il-kwoti - li meta ddaħħlu, fl-1984, kellhom l-għan li jwaqqfu l-produzzjoni żejda u fuq kollox il-ħela ta' ħalib.

Il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, Phil Hogan qal li dan il-pass huwa kemm sfida, kif ukoll opportunità għall-UE - "Hija sfida għax ġenerazzjoni sħiha ta' bdiewa li l-prodott tagħhom huma l-prodotti tal-ħalib ħa jkunu qed jgħixu taħt ċirkostanzi ġodda", filwaqt li żied li "hija ċertament opportunità f'termini ta' tkabbir u xogħol"

Il-bdiewa tal-UE kienu jiġu garantiti prezz għall-ħalib, li ma tiddependix fuq id-domanda. Iżda Hogan kompla jgħid li minkejja dan kollu "ħa nieħdu vantaġġ tal-opportunitajiet li din l-abolizzjoni fuq il-kwoti ġabet magħha - li nżidu l-potenzjal tal-ipproċessar li jagħti aktar valur lill-prodott - li joħloq aktar xogħlijiet u tkabbir fiż-żoni rurali."

Intant bdiewa madwar l-UE qed jesprimu tħassib tagħhom hekk kif hemm biża' li dan jaf iwassal għall-falliment ta' rziezet żgħar. Bosta bdiewa qed isostu li t-tneħħija ta' dawn il-kwoti ħa jgħinu lin-negozji ż-żgħar. Xi bdiewa niżlu fit-toroq fi Brussel bi protesta, fejn sostnew li l-prezz tal-ħalib ġa qiegħed baxx wisq.

Protesti fi Brussell kontra t-tneħħija tal-kwoti fuq il-ħalib
Protesti fi Brussell kontra t-tneħħija tal-kwoti fuq il-ħalib

More in Politika