Ħinijiet tal-Viżitaturi differenti fil-jum tal-votazzjoni

Bidla fil-ħinijiet tal-viżitaturi fid-9 ta' April - nhar il-votazzjoni għar-referendum nazzjonali u l-elezzjonijiet lokali
 

Fil-jum tal-votazzjoni għar-Referendum Nazzjonali u għall-Kunsilli Lokali li ser issir il-Ħamis, 9 ta’ April, 2015, fl-isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, dawn l-isptarijiet m’għandhomx jilqgħu viżitaturi ħlief mis-7.00 pm sat-8.00 pm.  Dan skont avviż li nħareġ mill-Kummissjoni Elettorali.

Eċċezzjonijiet isiru biss meta jkun hemm raġunijiet serji ta’ saħħa u f’dawn il-każijiet irid jinġieb permess mill-Kummissjoni Elettorali fuq parir tal-awtorità tal-Isptar partikolari li jżommu d-diskrezzjoni ta’ kemm qraba jistgħu jidħlu f’waqt wieħed.
 

More in Politika