Korsjiet fuq id-dimensja lill-impjegati kollha tal-isptar ġenerali t’Għawdex

It-taħrig se jingħata minn esperti kwalifikati

Wara li l-Gvern nieda l-istrateġija Nazzjonali dwar id-Dimensja, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva se jkompli jorganizza korsijiet għall-impjegati kollha li jaħdmu fis-setturi relatati mal-kura fosthom ukoll fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. L-għan ta’ dawn is-sessjonijiet huwa biex jiġu imħarrġa iżjed nies, speċjalment impjegati fis-setturi tal-anzjani u tas-saħħa fil-kura tad-dimensja.

Is-Sezzjonijiet se jsiru nhar is-17 t’April mill-17:00-19:30 u is-Sibt 18 t’April 09:00-12:30 fis-Sala tal-Iskola Sekondarja tas-Subien fir-Rabat Għawdex. Dawk l-impjegati li jixtiequ jirregistraw jew iridu iktar informazzjoni iċemplu is-Segretarjat fuq 2590 3175 jew jibgħatu email fuq [email protected].

 

It-taħrig ser jikludi sessjonijiet dwar x’inhi id-Dimensja, x'servizzi jeżistu għall-persuni bid-dimensja u min jieħu ħsiebhom, kif nindirizzaw diffikultajiet t’imġieba u dwar attivitajiet li jtjebu il-kwalità tal-ħajja. It-taħrig se jingħata minn esperti kwalifikati fis-settur u fit-tmiem tat-taħrig jingħata ċertifikat t’attendenza.

More in Politika